Abigail Sammut ġiet eletta bħala Kunsilliera Laburista fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi wara elezzjoni każwali li saret dalgħodu.
Dan biex jimtela’ s-siġġu ta’ Kunsillier, ta’ Renald Falzon li miet ftit tal-jiem ilu.
Flok Falzon mistenni jilħaq Sindku, Josef Masini Vento.
L-elezzjoni każwali kienet ikkontestata minn Sammut u Matthea Sghendo.
Abigail Sammut ġiet eletta wara li kisbet 486 vot u Sghendo kisbet 324 vot.
Kien hemm 71 vot li ma setgħux jiġu trasferiti.
Fil-jum li tħabbret il-mewt ta’ Renald Falzon, Abigail Sammut kienet sellmet lis-Sindku maħbub u mibki Qormi b’ritratt li kienet ħadet miegħu.