Illjela l-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żaru bosta ħaddiema f’diversi dipartiment tal-isptar Mater Dei. Huma tawhom ħajr personalment għax-xogħol tagħhom f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida.
Il-Prim Ministru qal li l-ħaddiema kollha jistħoqqilhom kull tifħir u gratitudni għax-xogħol li qegħdin iwettqu b’risq il-pazjenti Maltin u Għawdxin.
These people at Mater Dei hospital deserve all the praise and gratitude – @chrisfearne and myself thanked them personally for their work during these challenging circumstances – RA pic.twitter.com/ehCbRLyGer
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) March 11, 2020