Is-Segretarja tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Lydia Abela, ireaġixxiet għall-aħbar li l-Partit Nazzjonalista spiċċa maqsum fuq il-liġi tal-vjolenza domestika bil-kap jivvota kontra.
Abela qalet li kella diskors imħejji dwar it-tema Malta ta’ Għada, iżda ma setgħetx ma titkellimx dwar dak li seħħ fil-Parlament. “Kburija li bħala Grupp Parlamentari Laburista konna maqgħqudin fuq din il-liġi,” saħqet Abela li fakkret li filwaqt li s-soċjetà nappelawla li tkun maqgħuda, l-grupp tal-Partit Nazzjonalista ma kienx.
“Din hi liġi li tipproteġi n-nisa vulnerabbli,” qalet Abela li kkundannat lil Delia għad-diskors li jekk isir Prim Minitru jirtira dak approvat.
Tkellmet kif ma setgħetx tifhem kif ta vot ħieles bl-iskuża ta’ kuxjenza meta min għandu kuxjenza huwa ovvju li jivvota favur liġi bħal din.
Abela kellha kliem iebes għal pożizzjoni ta’ Delia iżda qalet li jekk xejn illejla ħa prova ċara li l-Partit Laburista hu l-partit li jista’ jħejji Malta ta’ Għada.