Bint anzjana ta’ 85 sena rreaġixxiet b’disgust wara f’filmat deheru infermiera jitrattaw lil ommha b’mod atroċi.
Il-każ seħħ l-Ingilterra. Dora Melton għandha d-dimensja, u l-infermiera kienu qed jipprovdulha servizz id-dar. Fil-filmat jidher ċertu Maurice Campbell ta’ 56 sena itiha fuq rasha, jirwilha l-polz u subajha u jipprova jbellalha l-mediċina.
Campbell ingħata sentejn ħabs u martu Deborah, li kienet preżenti u rat lill-vittma twerżaq bl-uġigħ, ingħatat sentenza sospiża.
Skont rapporti fil-mezzi tax-xandir Ingliżi, kien hemm xejn inqas minn 23,428 akkuża rrapportata lill-kunsilli lokali Ingliżi dwar abbuż fuq anzjani fl-aħħar tliet snin.