Illum il-Ħadd, 5 ta’ Awwissu l-Papa Franġisku ħa pjacir jiltaqa’ mal-Abbatini Maltin li bħalissa qegħdin iservu fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Il-grupp huwa magħmul minn 14-il abbati mid-djocesi ta’ Malta u 6 mid-djocesi ta’ Għadewx flimkien ma’ Dun Frans Bonnici, Dun Mark Ellul u Joseph Bajada seminarista minn Għawdex.
Il-Papa talab lill-abbatini biex jitolbu għalih u ta kuruna tar-Rużarju lil kull wieħed minnhom. Il-laqgħa tal-abbatini mal-Papa Franġisku intemmet bit-talb tas-sliema u l-qaddisa u l-barka tal-Papa fuq l-abbatini l-familji tagħhom.