Grupp ta’ abbatini Għawdxin li bħalissa qed jagħtu servizz fil-Vatikan iltaqgħu mal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku fil-Vatikan.
Huwa ltaqa’ magħhom wara t-talba tal-Angelus tal-Ħadd, fejn talbu flimkien is-Sliema, berikhom u talabhom jitolbu għalih.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’dawn il-jiem ukoll, fil-Kappella tal-Kor tal-Bażilika ta’ San Pietru, l-abbatini Għawdxin li qed jagħtu servizz fil-Vatikan kellhom iċ-ċerimonja simbolika tal-Vestizzjoni bil-faxxa l-ħamra, li tmexxiet minn Mons. Maximillian Grech, saċerdot Għawdxi li jaħdem fid-Diplomazija u li qed jagħti servizz fis-Segreterija tal-Istat fil-Vatikan.