L-akkwist mill-Melita tan-negozju ta’ Vodafone ġie abbandunat wara li investigazzjoni dettaljata mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjona (OFC) fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA).
L-investigazzjoni saret wara li kien hemm riskju dwar impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva fis-suq.
Kelliem ta’ Go stqarr : “Għalkemm GO ma tibżax mill-kompetizzjoni, tabilħaqq nilqgħuha, l-akkwist propost seta’ wassal għal xenarju li kien ikun ħażin għall-konsumaturi, għal industrija sostenibbli u vijabbli tal-komunikazzjoni, u fl-aħħar mill-aħħar anki għal Malta.”
F’Mejju li għadda, wara oġġezzjonijiet minn gruppi ta’ konsumaturi u l-industrija, l-akkwist kien segwit mill-qrib f’Malta u anke f’pajjiżi oħra. Dan hekk kif ukoll kien ser ikun l-akbar akkwist li qatt saret s’issa fl-istorja ta’ Malta.