It-tiġrija tal-Intersport Valletta ta’ 10km għamlet ritorn tajjeb għall-kalendarju tat-tlielaq fit-toroq wara waqfa ta’ tliet snin minħabba restrizzjonijiet tal-pandemija.
In-natura spettakolari tal-korsa, li tgħaqqad ix-xenarju tas-swar tal-belt Valletta fuq naħa waħda u l-portijiet fuq l-oħra, din it-tellieqa hija magħrufa għat-tlajja weqfin tagħha li saru sinonimi ma’ din it-tellieqa.
Minkejja dan, it-tellieqa attirat uħud mill-aqwa atleti Maltin, atleti veterani kif ukoll numru ta’ uċuħ ġodda li kienu lesti għal din l-isfida.
It-tellieqa ta’ 10km kienet iddominata minn Aaron Mifsud li kien fuq quddiem sa mill-bidu nett, segwit minn Mark Herrera u Jonathan Balzan, li kollha kienu qedin jikkompetu għal ħin tajjeb u post fuq il-podju. It-trio żammew distakk kostanti bejniethom sakemm waslu sal-linja finali, fejn ħadu t-tliet postijiet tal-podju. Il-kategorija femminili ntrebħet minn Josann Attard Pulis, li wkoll marret fil-vantaġġ quddiem Rosalie Borg Cauchi li spiċċat fit-tieni post. Fit-tielet post daħlet Charyl Fava.
It-tiġrija ta’ 5 km rat lil Charlton Debono wkoll jieħu vantaġġ biex spiċċa t-tiġrija l-ewwel quddiem Luke Cauchi u David Tabone. It-tiġrija tan-nisa ntrebħet minn Jeanette Muscat, segwita minn Lorna Mifsud u Maureen Farrugia.
“Kien tajjeb li tara r-ritorn ta’ din it-tellieqa, Is-serje Intersport 10k, tipprova ssib bilanċ bejn rotot xeniċi iżda ta’ sfida. F’dan il-każ, din it-tellieqa hija magħrufa għat-tlajja tagħha, iżda f’każi oħra, bħat-tellieqa tat-Tliet Bliet, li jmiss fil-kalendarju tagħna, huma inklużi wkoll rotot ċatti” irrimarka Charlie Demanuele, organizzatur u direttur tat-tellieqa.
L-organizzaturi jixtiequ jirringrazzjaw lill-Kunsilli Lokali tal-Furjana u tal-Belt Valletta, lil Transport Malta, lill-Korp tal-Pulizija, lill-Malta Bike Marshalls, lil Alpha Medical u lill-marshalls kollha li taw l-assistenza f’jum it-tellieqa.
Is-Serje Intersport 10k 2023 se tibda nhar il-Ħadd 22 ta’ Jannar bit-tellieqa Intersport 10k Series – Three Cities edition.
Riżultati jinsabu fuq https://my.raceresult.com/228254/results