L-eks Ministru u Deputat Laburista Aaron Farrugia nħatar bħala l-Ambaxxatur ta’ Malta fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. Dan wara li l-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi tal-Parlament ivvota favur din il-ħatra, bil-membri tal-Oppożizzjoni jivvotaw kontra.
F’kitba fuq il-midja soċjali, Farrugia rringrazzja lill-Gvern li nnominah u anke lir-rappreżentanti tal-industrija li appoġġjawh.
Farrugia sostna li se jaħdem biex pajjiżna jkompli jaċċella u tibqa’ fil-quċċata fi żmien ta’ sfidi internazzjonali kbar. Dan filwaqt li jiġi protett il-kummerċ lokali u jiġu salvagwardjati l-ibħra u l-portijiet.
Farrugia sostna li se jkun qed jagħmel dan waqt li jibqa’ jirrappreżenta lin-nies li eleġġewh fil-Parlament Malti.