Wara li lbieraħ xufier għal xi raġuni ddeċieda jidħol bil-karozza fuq ir-ramel fil-Bajja tar-Ramla l-Ħamra f’Għawdex, il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia qal li l-ERA ħadet azzjoni fil-pront u talbet l-assistenza tal-Korp tal-Pulizija fuq dan il-każ sabiex jittieħdu proċeduri legali.
Il-Ministru qal li l-inħawi tar-Ramla hija magħrufa bħala żona ta’ importanza internazzjonali għall-Konsrvazzjoni u Żona ta’ Protezzjoni Speċjali.
Saħaq li l-aċċess fuq din il-bajja għall-karozzi huwa projbit.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/04/19/karozza-tibqa-diehla-fuq-ir-ramel-fil-bajja-tar-ramla-l-hamra/