Numru ta’ organizzazzjonijiet lokali għandom l-opportunità li jibbenifikaw minn €84 miljun taħt l-ENI CBC Mediterranean Sea Basin Programme li hu ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Dan kien imħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali, Aaron Farrugia f’konferenza tal-aħbarijiet aktar kmieni dalgħodu, fejn ħabbar li infetħet is-sejħa għall-proposti tal-proġetti li jibbenifikaw mill-European Neighbourhood Policy, Cooperating across borders in the Mediterranean programme.
L-għan ta’ dan il-programm huwa li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-membri stati u l-ġirien tagħna, bl-għan li jiġi maqsum l-għarfien bejn it-12 il-pajjiż l-ieħor. Aaron Farrugia spjega li dan il-programm, li japplika mill-2014 sa l-2020, jipprovdi opportunitajiet fejn jidħlu:
- L-iżvilupp tan-negozji u l-SMEs.
- Sapport lill-edukazzjoni u r-riċerka u l-innovazzjoni.
- Promozzjoni tal-inklużjoni soċjali.
- Protezzjoni ambjentali.
Is-Segretarju Parlamentari saħaq li dawn il-prijoritajiet huma konformi mal-prijoritajiet nazzjonali, filwaqt li saħaq ukoll li l-Gvern Malti huwa kommess lejn dan il-Programm li għandu jinkoraġġixxi partiċipazzjoni attiva b’mod olistiku.