Iż-żewġ players li qed jirrapreżentaw lil pajjiżna waqt il-Kampjonat Dinji tas-Snooker f’Golem, l-Albanija llum bdew impenji tagħhom u tnejn rebħu l-konfronti tagħhom.
Iċ-champion Malti tas-Snooker, Aaron Busuttil kellu jitħabat biex rebaħ lil Nattanapong Chaikul tat-Tajlandja u kellu bżonn l-ħames u l-aħħar frame biex jgħalaq il-partita. Iż-żgħażugħ Tajlandiż ta’ 18 -il sena rebaħ l-ewwel żewġ frames iżda Busuttil irnexxielu jdawwar il-logħba favurih u jirbaħ t-tlett frames l-oħra għal punteġġ finali ta’ 3-2. (36-88; 47-78; 72-2; 66-34; 57-44).
Min naħa tiegħu Alex Borg kellu rebħa konvincenti ta’ 3-0 kontra Seán King. Fil-fatt Borg fit-tliet frames kien superjuri kontra l-avversarju Irlandiż ta’ 26 sena u rebaħ bil-punteggi ta’ 67-22; 58-24; 47-26.
Għada, fit-tieni ġurnata ta’ dan il-kampjonat, għada, miż-żewġ players Maltin, Alex Borg biss jilgħab. Minn Grupp C huwa jiltaqa’ kontra ir-Rumen Cristian Surdea tar-Rumanija.