Aaron Busutill huwa r-rebbieħ tal-ewwel ‘ranking tournament’ organizzat mil MBSA, meta fil-finali huwa għeleb lil Brian Cini bil-punteġġ ta’ 5 frames kontra xejn.
Din il-finali kienet fuq l-ahjar minn 9 frames, li intlgħabet f’Akkademja tas-Snooker fil-Ħamrun quddiem attendenza tajba.
Il-punteġġi ta’ din il-finali kienu dawn, Brian Cini l-ewwel, 39-51, 44-97 (58), 0-91 (61), 52 (52)-83 (53) u 0-139 (109).
Ir-referee ta’ din il-finali kien, Charles Vella.