Waqt il-ġurnata tal-bieraħ ittieħdu 6 klieb mill-Animal Welfare lill-Assoċazzjoni tal-annimali abbandunati li kienu ġew rikoverati waqt operazzjoni fil-Biżbija.
L-assoċazzjoni ddeċidiet li ssemmi wieħed minn dawn il-klieb, Nathan.
Nathan, li nstab għadma u ġilda, kellu ferita mdemmija fuq dahru u kien bil-ġuħ.
L-assoċazzjoni rringrazzjat lill-Animal Welfare tal-intervent tagħhom kif ukoll talbet lill-qrati għall-ġustizzja għal dawn il-klieb.