Il-Kor Gaulitanus se jiftaħ l-istaġun mużikali 2025 f’Għawdex għall-2025 permezz tat-13-edizzjoni ta’ ‘A New Year’s Toast’.
Il-kunċert, li mużikalment jiftaħ is-Sena l-Ġdida, se jsir, bħas-soltu, fl-1 ta’ Jannar fis-19:30hrs fil-Kempinski San Lawrenz. Wieħed mill-avvenimenti annwali ewlenin tal-Gaulitanus, ‘A New Year’s Toast’ se jkun jittella’ ftit gimgħat wara ‘concert tour’ suċċessli l-kor kellu fil-Portugall, il-25 mawra tiegħu barra minn Malta.
Il-kor u s-solisti tiegħu se jingħaqdu ma’ solisti strumentali mistiedna u ensemble strumentali biex jippreżentaw repertorju vivaċi, wiesa’ u varjat, effettivament bonanza mużikali ta’ bċejjeċ vokali u strumentali għall-gosti ta’ kulħadd li tiżgura bidu mill-aktar pożittiv għall-2025 – sena li timmarka wkoll. il-35 sena mit-twaqqif tal-kor. Il-kunċert se tkun taħt id-direzzjoni mużikali u artistika tal-fundatur-direttur tal-kor Colin Attard.
Id-dħul għall-‘A New Year’s Toast’, li qed jiġi ssaportjat mid-Direttorat tal-Wirt Kulturali ta-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar kif ukoll mill-Playpen, huwa b’xejn mingħajr ħtieġa li wiehed jibbukkja bil-quddiem.