It-tenur Malti, Joseph Calleja, ħabbar li mhux se jieħu sehem fl-opera ‘Parsifal’ f’Bayreuth, minħabba infezzjoni fi griżmejh.
Huwa skuża ruħu ma’ dawk li kienu se jaraw dan l-ispettaklu, f’post daqstant storiku.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Calleja żied jgħid li minkejja li kien jinsab ħerqan sabiex jieħu sehem f’din l-opera, huwa kellu jsegwi dak li qallu t-tabib tiegħu.
Min-naħa tiegħu, huwa awgura wkoll lil dawk li se jieħdu sehem.
