Kważi erba’ snin mindu l-Gvern ta’ Joseph Muscat raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’medja ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija, esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista qalu li mhux veru raħsu l-kontijiet.
Dan meta bit-traħħis fil-kontijiet tad-dawl il-poplu Malti u Għawdxi żamm f’butu aktar minn sebgħin miljun ewro fi flus li seta’ jonfoq f’affarijiet oħrajn.
Żewġ rappreżentati li l-Partit Nazzjonalista bagħat fil-programm Realtà qalu li mhux veru raħsu l-kontijiet tal-enerġija u saħansitra ddubitaw ukoll ir-rapporti ta’ esperti internazzjonali bħal dawk ta’ Moody’s u d-DBRS.
Skont Frank Psaila, li l-Kap Adrian Delia qed jimbottah għal membru parlamentari ewropew u għalhekk jibagħtu fi programm wara ieħor, wara kull bieb ta’ dar f’Malta hemm biss nies ibatu.
Kien hawn li Jean Pierre Debono ddikjara li mhux veru roħsu l-kontijiet tal-enerġija. Anke jekk il-fatti huma li roħsu b’medja ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija u f’ħafna każi iktar.
Id-dawl u l-ilma raħsu. Mhux reali. Mhux il-każ. Jekk id-dawl u l-ilma raħas. Ma raħasx qed niċċelingjak. Qed niċċelingjak
Frank Psaila żied miegħu u qal li n-nies jemmnu li raħsu l-kontijiet minħabba l-propoganda tal-Gvern.