Fis-sena 2017 kien hemm elfejn, mitejn u ħamsa u erbgħin (2,245) każ ta’ persuni li ġew imħarrka mill-Pulizija talli pejpu f’postijiet pubbliċi fejn it-tipjip huwa pprojbit.
Dan ħareġ f’risposta li l-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia ta waqt mistoqsija parlamentari lil Beppe Fenech Adami.