Raġel li nsulenta u-tefa’ fl-art beritta ta’ gwardjan lokali ngħata sentenza ta’ seba’ xhur ħabs.
Joseph Cini, b’rabja kbira, affaċċja lill-gwardjan, Natalina Said, f’Ġunju tal-2017 waqt li hi kienet qed tiktiblu ċitazzjoni talli pparkja fuq linja safra. Waqt li kien qed jixhed, Cini ċaħad li hu nsulta b’xi mod lill-gwarjan u qal li jekk waqqa’ l-beritta minn ras il-gwardjan mhux apposta kienet.
Hu fehem li kien irrabjat dak il-ħin, fejn qal li ħass li l-gwardjan kienet imqabbda miegħu minkejja li kien hemm vetturi oħrajn li kienu pparkjati ħażin bħalu.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, innotat kif Cini kellu kondotta kriminali mżejna b’każi simili.
Kien għalekk li l-Qorti ordnat li Cini jintbagħat seba’ xhur ħabs u multa ta’ €4,500 hekk kif il-Qorti emmnet li Cini ma tgħallimx lezzjoni wara każi simili li kellu fil-passat.