Ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-Ħaddiema tal-Awtorità tad-Djar. Permezz ta’ dan il-ftehim, il-ħaddiema se jaraw titjib fil-kundizzjonijiet fosthom żidied fis-salarji kollha, introduzzjoni ta’ aktar miżuri family-friendly u żieda fil-leave tal-istudju.
Il-ftehim ġie iffirmat bejn l-UHM u l-Awtorità tad-Djar. Il-ftehim se jdum għal ħames snin.