Se jorħsu 11-il mediċina ġdida, fatt li tħabbar mill-Ministru Helena Dalli waqt press conference fl-Aurobindo Ħal Far.
Ir-roħs fil-prezzijiet ivarja bejn 8% u 67%. Fost dawk li se jorħsu hemm il-ventolin li jintuża għat-trattament tal-ażma li se jorħos b’50% u d-dermovate li jintuża għal trattament tal-ġilda.
Fost l-aktar mediċini li roħsu hemm Omnic, minn €29.22 għal €19.90. Dan ifisser roħs ta’ €9.32.
Carvedilol roħos bi €8.10, minn €16.85 għal €8.75.
Din hija l-lista sħiħa ta’ mediċini li roħsu.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/05/meds.pdf”]
Tqassmet ukoll lista’ ta’ mediċini ġeneriċi ġodda li ddaħħlu fuq is-suq fl-aħħar tliet xhur u l-perċentaġġ li l-konsumatur jista’ jiffranka fuq mediċini branded li jagħmlu l-istess effett.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/05/medicinigenerici.pdf”]