Għall-ħames sena konsekuttiva, mart il-Prim Ministru ta’ Malta u l-President tal-Alleanza Maltija tal-Mard Rari Michelle Muscat kienet maħtura bħala l-patruna tal-EURORDIS – l-Alleanza Ewropea tal-Mard Rari, waqt ċerimonja fi Brussell.
Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm il-Prinċipessa Astrid u l-Prinċipessa Ann de Ligne tal-Belġju. Is-Sinjura Muscat enfasizzat l-importanza li naħdmu mal-pazjenti li jiġu milquta minn mard rari.
Is-Sinjura Muscat, li kienet akkumpanjata mill-Ambaxxatur Malti għall-Belġju Ray Azzopardi u mis-Segretarja tal-Alleanza Josette Azzopardi, kellha diskussjonijiet ma’ speċjalisti f’dan il-qasam u alleanzi tal-pazjenti li flimkien qed jaħdmu sabiex jitwaqqfu aktar għajnuniet għall-pazjenti.
Bħalissa, l-Alleanza tal-Mard Rari għaddejja b’kampanja nazzjonali biex ikun hawn iktar għarfien kif ukoll sabiex iktar pazjenti b’mard rari jingħaqdu flimkien u jagħtu appoġġ lil xulxin.