Ħadd ma ndarab wara li s-sala tal-wasliet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nħakmet minn nirien.
Is-sala ġiet evakwata flimkien mal-kumplament taż-żoni fl-ajruport.Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex tikkontolla n-nirien.
Fi stqarrija l-MIA kkonferma li ma kien ebda persuni li ndarbu f’dawn in-nirien u li ż-żoni kollha fl-ajruport ġew evakwati. L-istqarrija temmet tgħid li l-MIA se jkun qed jagħmel dak kollu jista’ sabiex kollox jerġa’ jirritorna għan-normal.
Ritratti: Franco Camilleri