Raġel qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ argument bejn erba’ persuni fi Triq Kelinu Cachia f’ Ħal Tarxien.
L-argument seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-erba neqsin kwart ta’ filgħaxija fejn raġel ta’ sitta u tletin sena residenti Ħal Tarxien, raġel ta’ tnejn u erbgħin sena residenti Ħal Qormi u ieħor ta’ tmienja u sittin sena residenti Ħal Tarxien kienu nvoluti f’ argument ma’ diversi persuni oħra. Waqt dan l-argument allegatament intuża pipe tal-plastik.
Il-Pulizija ġiet infurmata b’ dan il-każ għal ħabta ta’ nofs il-lejl newsin kwart tal-bieraħ mill-awtoritajiet tas-Saħħa. Intant, fuq il-post isejjaħ tim mediku li ħadu lill-persuni L-Isptar Mater Dei fejn ir-raġel ta’ sitta u tlettin sena ġie ċċertifikat li qed issoffri minn ġrieħi gravi, ta’ tnejn u erbgħin sena minn ġrieħi ta’ natura ħfief filwaqt li raġel ta’ tmienja u sittin sena ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-Erba persuni li allegatament kienu nvoluti f’ din il-ġlieda qed jinżammu mill-Pulizija għall-aktar investigazzjonijiet filwaqt li nħatret inkjesta maġisterjali.