Waslet Malta l-atleta Paralimpika Taljana Giusy Versace. Versace se tkun mistiedna speċjali waqt SportsMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjoni. Versace twieldet fl-1977 u hi t-tifla ta’ Alfredo Versace li jiġi l-kuġin ta’ Donatella, Santo u Gianni Versace li huma magħrufa sew fid-dinja tal-moda.
Kien proprju fl-2005 meta ta’ 28 sena Giusy tilfet saqajha t-tnejn wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku. Minkejja dan hi kompliet timraħ fejn fl-2010 bdiet tiġri permezz ta’ saqajn prostetiċi fejn b’hekk hi tniżżlet fl-istorja bħala l-ewwel Taljana atleta li ġriet b’żewġ saqajn prostetiċi.
Fl-2011 hi waqqfet l-assoċjazzjoni Disabili No Limits Onlus.