Rotary Club La Vellette flimkien mal-Grand Harbour Regeneration Project iffinanzjaw monunemt propju fid-daħla tal-Belt. Momument li sewa madwar €6,000 u li l għan tiegħu hu li jfakkar is sena li fiha l-Belt Valletta saret sit storiku tal-UNESCO.
Tajjeb li wieħed ifakkar li l-Belt Valletta ġiet rikonoxxuta bħala sit storiku mill-UNESCO fl-1980 u flimkien magħha, pajjiżna għandu s-siti megalitiċi kollha u l-Ipoġew li jinsab f’ Ħal Saflieni.
Waqt l-inawgurazzjoni, is-segretarju parlamentari Deo Debattista stqarr li dan il-monument ifakkar li l-Belt Valletta hija unika madwar id-dinja tant li l-UNESCO rrikonoxxiet il-kultura u l-istorja li hi mżewqa bihom.
Intant Stefan Zrinzo chairman tal-GHRC, qal li dan il monument għandu jservi biex ifakkana li għandna nkomplu nieħdu ħsieb dan il-wirt rikonoxxut mad-dinja kollha.