Natasha Bugeja, it-tfalja ta’ 19-il sena li qed tistenna tarbija, ser tgħaddi ġuri wara li kienet akkużata bl-attentat ta’ qtil ta’ seba persuni waqt ġlieda li seħħet fil-Ħamrun.
Dan seħħ wara li l-Maġistrat Anthony Vella ddikjara li l-qorti kellha biżżejjed provi quddiema biex Bugeja titpoġġa taħt att ta’ akkuża.
Fis-smiegħ tal-kawża li seħħ matul il-jum tal-Ħamis, xehdet Lisa Pace, omm Brandon, li kien inqatel b’ diversi daqqiet ta’ sikkina fuq l-għatba tad-dar fil-Ħamrun lura f’ April tal-2017.
Hawn Lisa stqarret li dakinhar tas-7 ta’ Jannar li għadda, kienet fir-residenza tagħha fil-Ħamrun meta bintha Donna qaltilha li Natasha kienet qabdet tgħajjarhom. Lisa żiedet tgħid li dak il-ħin ċemplet lil binha Dylon u qaltlu biex imur fuq il-post tal-argument.
L-istess Dylon xehed li dakinhar ra lil Natasha ssuq għal fuqhom..
Fil-Qorti ġie stabbilit ukoll li dakinhar tal-argument kien hemm ukoll tfajla oħra u Kurt Grech, mgħaruf aħjar bħala n-Nemes li bħalissa jinsab akkużat bil-qtil ta’ Brandon Pace.