Il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ lit-tim nazzjonali femminili ta’ taħt is-16-il sena fejn awguralhom għas-suċċess miksub.
It-Tim għadu kif rebħu tliet logħbiet f’turnew ta’ taħt is-16-il sena organizzat mill-UEFA li sar f’Malta.
Il-Prim Ministru qal li dan il-qasam qed narawh jiżviluppa iżjed imma rridu nkomplu ntuh aktar viżibilità.
Fl-aħħar, it-tim nazzjonali ngħataw tifkira tal-okkażjoni mill-Prim Ministru Muscat. Preżenti wkoll kien hemm l-Onorevoli Clifton Grima; Segretarju Parlamentari għaż-żgħażagħ u s-sports.