L-organizazzjoni ta’ Valletta elfejn u tmintax qed turi biċ-ċar l-impenn li għandu l-Gvern Malti lejn il-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Dan kien fost il-kliem ta’ tifħir li sar mill-ewroparlamentari li jifformaw parti mid-delegazzjoni tal-Kumitat Kulturali tal-Parlament Ewropew li żaret Malta.
Ic-Chairperson tal-Kumitat Petra Kammerevert esprimiet is-sodisfazzjon tad-delegazzjoni lejn Valletta elfejn u tmintax- b’mod partikolari lejn il-varjeta’ wiesa ta’ attivitajiet li qegħdin jiġu organizzati- liema numru jilħaq madwar l-erba mija.
L-ewroparlamentari Spanjola Maria Teresa Gimenez Barbat qalet lil ONE News:
I can say anything but good things about the organisation and the way they have received us and the interesting projects that they have shown to us.
Fi tletin sena minn kemm ilu mwaqqaf dan il-Kumitat, l-ewroparlamentari baqgħu impressjonati dwar l-impenn li qegħdin juru l-Maltin lejn il-Kapitali Ewropea tal-Kultura:
We have had a very good impression- people are very enthusiastic and willing with a centre of responsibility.
Għal kuntrarju ta’ ħaddieħor li huwa mhedi li jħammeġ isem Malta mal-barranin, partikolarment mal-istituzzjonijiet ewropej, l-istess delegazzjoni qalet li tinsab impressjonata dwar it-trasparenza fil-Parlament Malti.