Raġel ta’ 43 sena mill-Filippini li kien qed jagħmel xogħol bħala careworker, inżamm arrestat wara li nqabad ibagħbas anzjana ta’ 77 sena.
Il-każ seħħ fid-dar tal-anzjana stess f’ Ħaż Żebbuġ fejn allegatament, il-Filippin ikkommetta l-abbuż wara inqas minn siegħa biss li sar jafha.
Quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera hu wieġeb mhux ħati minkejja l-fatt li fil-Qorti intwerew filmati tas-sigurta fejn allegatament il-Filippin jidher ibagħbas l-anzjana.