Kos hux!? Iż-zmien itir u ma jistenna lil ħadd u jibdel u jbiddel kollox; lin-nies, lil madwar u anke lil pajjiżna.
Ritratt nostalġiku li juri l-fdalijiet tat-Teatru Rjal bla ebda restaw kif ukoll Pjazza Ħelsien mingħajr il-bini tal-parlament ta’ Renzo Piano kif ukoll bla karozzi, għax ma ninsewx li kien hemm żmien li din l-akkwata swiet ukoll ta’ parkeġġ għal numru ta’ snin.
Jidhru wkoll żewġ persuni li min jaf illum fejn jinsabu. Kos hux?! Ġurnata wara l-oħra, ġimgħa wara ġimgħa, sena wara l-ohra u ż-żmien ikompli għaddej…