ONE News hu nfurmat li seħħ argument bejn żewġ persuni ħdejn id-Detox fi Gwardamanġa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-18:10 meta għal xi raġuni żewġ persuni bdew jargumentaw.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Pulziija mill-Għassa tal-Ħamrun u kif ukoll mis-Sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit.
Kollox ġie kkontrollat wara ftit tal-ħin.