Għat-tielet darba tħassru l-attivitajiet ta’ wara nofsinhar tal-Karnival fil-Belt Valletta u dan minħabba l-maltemp.
Kemm il-Ġimgħa u kif ukoll is-Sibt kellhom jitħassru l-programmi tal-jum hekk kif il-maltemp kompla jippersisti fejn fortunatament it-temp fetaħ għal jum tal-Ħadd.
Inizjalment kien ippjanat li l-attivitajiet tal-Karnival fil-Belt kienu se jkomplu kif kien maħsub hekk kif it-temp ibbnazza u l-ħsarat tekniċi ssewwew.
F’messaġġ fuq Facebook, Id-Direttur Artistiku tal-Karnival Jason Busuttil, kiteb fuq Facebook li llum il-Karnival reġa’ ġie mħassar.