Ħbieb u familjari tal-missier ta’ żewġt itfal li tilef ħajtu wara li waqgħet siġra fuq il-karozza tiegħu fl-Imrieħel, qed jitolbu għall-għajnuna biex jiġbru biżżejjed flus biex jintbgħat lura lejn ir-Rumanija. Dan sabiex jindifen qrib il-familja tiegħu.Kien proprju ħames snin ilu li Dan Udrea ġie Malta biex ifittex xogħol sabiex jaqla għixien għall-familtu fejn flimkien ma’ ommu u martu ġew jgħixu hawn. Sfortunatament kmieni filgħodu fl-10 ta’ Frar, Dan tilef ħajtu wara li waqgħet siġra fuq il-karozza li kien qed isuq b’martu passiġġiera fl-Imrieħel. Dan hu missier ta’ żewġt itfal u ftit tal-ħin qabel seħħ l-inċident, Dan u martu Irina ħallew liż-żewġ subien tagħhom, ta’ tliet snin u tarbija ta’ sitt xhur, għand in-nanna.
Kienu bosta li ħallew messaġġ ta’ dieqa fuq Facebook biex isellmu l-memorja tal-missier, li ġie deskritt bħala raġel b’qalb tad-deheb, dejjem bi tbissima u missier mill-aqwa.
Għal kull min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ billi jidħol hawn.