Il-plejer ta’ Liverpool u Franza jista’ jerġa’ jirritorna fil-grawnd, dan wara li spiċċatlu t-30 ġurnata sospensjoni minħabba sustanza li huwa kien ħa. Huwa kien instab pożittiv għal sustanza illegali wara l-logħba kontra Manchester United fis-17 ta’ Marzu.
L-avukati tal-internazzjonali Franċiż argumentaw li s-sustanza li ħa, iġifieri dik biex tnaqqas il-ħxuna fil-ġisem, ma kinitx fil-lista tas-sustanzi li plejer ma setgħax jieħu b’hekk huwa qatt ma kellu jkun vittma ta’ din is-sospensjoni.
Il-gazzetta L’Equipe qalet li Sakho jista’ jkompli bl-attività professjonali tiegħu bħala plejer tal-futbol.
Sakho ma kienx inkluż fl-iskwadra finali ta’ Franza għall-2016, iżda l-kowċ Didier Deschmaps għandu sal-31 ta’ Mejju biex jirreġistra l-iskwadra finali tiegħu. Sakho stqarr li huwa ma waqaf xejn għaliex baqa’ jittrenja waħdu darbtejn kuljum. Tgħid Deschamps ibiddel l-għażla tiegħu?