Il-Parlament illejla qed jiddiskuti mozzjoni tal-oppożizzjoni dwar l-investiment tal-Universita Amerikana f’Malta.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat innota kif din il-mozzjoni hija prematura u msejsa fuq premessi u fatti zbaljatti.
Saħaq li hekk kif jistipula l-kuntratt, l-art taz-Zonqor tista tintuza biss għal skopijiet edukattivi u dan fil-mument li jkun hemm grupp kbir ta’ studenti fil-kampus ta’ Bormla.
Hawn il-Prim Ministru ġab eżempju bi Smart City. Fejn gvern nazzjonalista ta lill-investituri l-art għal Smart City għal tlieta u sebgħin ċentezmu kull metru kwadru.
Il-Prim Ministru rreaġixxa wkoll għal attakk li għamel l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li attakka lill-investituri għax huma Ġordanizi. Kien hawn li żvela li fil-kampus ta’ Bormla diġà sar investiment ta’ għoxrin miljun ewro li ntefqu fl-ekonomija Maltija. Sostna li kieku l-Kap Nazzjonalista ra l-kuntratt, kien jinduna li hemm rabta ċara li l-art tista’ tintuża biss għal skopijiet edukattiv.
Għal kuntrarju ta’ dak li sostna li l-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Muscat semma li l-art fiż-Żonqor hija ta’ wieħed u tletin elf metru kwadru u mhux disgħin elf metru kwadru.
Intant, il-Prim Ministru semma’ kif l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil beda jgħallem fl-Universita ta’ Malta . Konferma ta’ kemm il-gvern ma jindaħħalx fit-tmexxija tal-Universita għax din hija istituzzjoni edukattiva awtonima.