Wara l-vandalizmu li seħħ fuq il-progett “Hekk Jgħid il-Malti” ta’ Valletta 2018, ittella’ filmat fuq il-mezzi tal-midja soċjali fejn qed tintalab l-għajnuna tal-pubbliku nġenerali biex min għandu xi tagħrif jgħaddieha lill-pulizija.
Jason Micallef, ic-chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018, fuq facebook tiegħu tella’ l-filmat kif ukoll talab biex min għandu xi informazzjoni jagħmel kuntatt mal-Fondazzjoni fuq in-numru 21242018. Dan il-filmat jinsba ukoll għand il-pulizija.