Wara s-suċċessi li kiseb tul l-aħħar snin, il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex ser jorganizza ir-raba’ edizzjoni tal-‘Karnival fil-Marina’, nhar it-Tnejn 12 ta’ Frar mill-17:00 il’ quddiem fil-parkeġġ tal-Yacht Marina f’Ta’ Xbiex.
Din l-attività hija meqjusa bħala waħda oriġinali li tgħaqqad u tiġbor flimkien nies minn kull età pemezz ta’ villaġġ tal-Karnival uniku.
Għal din l-attività ser jispikkaw karrijiet żgħar, maskri grotteski, ħafna skejjel taż-żfin, animaturi u bosta ħwejjeġ u sorpriżi oħra. Il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex jinkoraġġixxi l-familji Maltin u Għawdxin, speċjalment ir-residenti u dawk li joqgħodu fil-madwar sabiex iġibu t-tfal tagħhom bil-kostumi tal-karnival u jgawdu l-spettaklu li din il-lokalità qed toffri wkoll.
L-entratura hi mingħajr ħlas.