Statistika tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika tikkonferma li l-kampanja favur l-irriċiklar qed tħalli l-frott.
Dan għall-fatt li fl-elfejn u sittax kien hemm żieda fil-ġbir tal-borża l-ħadra jew il-griża.
Meta mqabbel mas-sena ta’ qabel il-ġbir tal-borża l-ħadra jew il-griża żdied bi kważi ħmistax fil-mija.
Dan filwaqt li l-ġbir tal-borża s-sewda naqas bi kważi sitta fil-mija.Matul is-sena li għaddiet l-iskart domestiku ġġenerat ammonta għal ftit aktar minn mitejn u tmenin elf tunnellata.
Dan ifisser meta mqabbel mal-elfejn u ħmistax kien hemm żieda ta’ ftit aktar minn tlettax-il elf tunnellata.
L-istatistika tal-NSO turi wkoll li matul is-sena li għaddiet kull ċittadin f’pajjiżna ġġenera aktar minn sitt mitt kilogramma ta’ skart.
Żieda ta’ tlieta punt erbgħa fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
Sadanittant fis-sena elfejn u sittax tnejn u disgħin fil-mija tal-iskart ġie trattat fil-landfill tal-Għallies.