Wara li tlesta x-xogħol fuq naħa waħda fi Triq Marina f’Tal-Pieta`, Transport Malta ser tkompli bix-xogħlijiet fl-istess triq imma fid-direzzjoni opposta. Ix-xogħol ser jibda mil-lejla, bejn it-08.30 ta’ filgħaxija u l-4.30 ta’ filgħodu, għal tlett iljieli konsekuttivi.
Biex jitnaqqas l-inkonvenjent tat-traffiku, it-triq direzzjoni lejn il-Belt ser titħalla miftuħa għat-traffiku fuq karreġġjata waħda bejn it-08:30 ta’ filgħaxija u l-11.30 ta’ billejl. It-triq ser tingħalaq kompletament għat-traffiku mill-11.30 ta’ billejl sal-4.30 ta’ filgħodu.
Ix-xogħlijiet jikkonsistu billi qed jitneħħa kanal tal-ilma miżdud u jiġi installat wieħed ġdid. Dan il-kanal miżdud kien qed jikkawża għarghar f’din it-triq meta tagħmel ix-xita. L-intervent tal-Awtorita’ ser jgħin biex din il-problema li qed jesperjenzaw ir-residenti u dawk li jużaw it-triq tiġi indirizzata.
Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieqa biex kemm jista’ jkun jevitaw iż-żona, isegwu s-sinjali u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post u jsuqu b’attenzjoni.