Fl-istess waqt li kienu għaddejjin l-azzjonijiet industrijali, f’konferenza tal-aħbarijiet, il-Partit Nazzjonalista ddikjara l-appoġġ tiegħu l-Assoċjazzjonij Medika Maltija. Matul il-konferenza, il-Partit Nazzjonalista ma kellux kelma waħda xi jgħid kontra t-track record mediku eċċellenti ta’ Steward Health Care.
Il-Partit Nazzjonalista appoġġja l-azzonijiet industrijali tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija f’konferenza tal-aħbarijiet li tmexxiet mit-tabib Stephen Spiteri li suppost qed ikun investigat dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati mediċi foloz.
Il-Partit Laburista wieġeb għal din il-konferneza tal-aħbarijiet billi qal li f’konferenza minn tliet kelliema biex jattakkaw il-ftehim u s-sħubija mal-privat fil-qasam tas-saħħa, il-Partit Nazzjonalista ma kellux kelma waħda xi jgħid kontra t-track record mediku eċċellenti ta’ Steward Health Care.
Fil-fatt l-PN ikkritika l-ftehim li mingħand Vitals se jgħaddi għand Steward Health Care għax qal li Vitals m’għandiex esperjenza.
F’reazzjoni għal dan il-Partit Laburista fakkar kif Steward Health Care, li se tmexxi l-proġett minn issa ‘l quddiem hija kumpanija Amerikana li fi ftit snin se tkun qed tinvesti miljuni kbar ta’ ewro f’Malta li kieku kellu jinvestihom il-gvern waħdu jieħu ferm iktar minn deċenju.
Fil-fatt din hi kumpanija b’sitta u tletin sptar u sitta u tletin elf ħaddiem fil-qasam tas-saħħa. Hawn il-Partit LAburista żied li din hi prova ċara li l-ikbar problema għall-Partit Nazzjonalista hi li ġejja kumpanija Amerikana ġgant fil-qasam tas-saħħa u li mal-Gvern se tibdel ta’ taħt fuq tliet sptarijiet li taħt amministrazzjoni nazzjonalista tħallew jaqgħu biċċiet.
Din mhux l-ewwel darba li l-PN attakka bla preċedent investiment li kien ġej minn barra pajjiżna, fejn din id-darba l-problema jidher li hi għax hu Amerikan.
Il-Partit Laburista temm iwieġeb billi jgħid li l-Gvern Laburista jista’ jagħti garanzija li s-saħħa tibqa’ b’xejn u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema rispettati f’infrastruttura world class. Xi ħaġa li l-Partit Nazzjonalista ma tgħoġbux.