Din il-ġimgħa, id-Dar tal-Kura Simblija fin-Naxxar fetħet is-sala tagħha ta’ Appoġġ għall-Memorja, maħsuba biex tipprovdi ambjent sigur, komdu bħad-dar lir-residenti li jbatu mid-dimenzja. Din tinsab fis-sular t’isfel biex tipprovdi aċċess aħjar għas-sulari tal-madwar u l-ġnien li joffri li tħuf b’mod ħieles u sigur u tikkonsisti f’kamra tal-ikel imdaqqsa u sala li tgawdi ħafna mid-dawl naturali li ġej mit-terrazzin spazjuż.
Biex wieħed isib it-triq, dan sar faċli permezz tal-użu tas-sinjali speċjali bl-istampi u l-marki li jgħinu biex jiggwidaw lir-residenti fiż-żoni differenti filwaqt li tidwil kontinwu jiggwidahom għat-tojlits komuni. Iż-żoni trankwilli, jipprovdu wkoll lir-residenti l-opportunità biex isibu spazju għalihom waħedhom meta hu meħtieġ.
Il-kmamar jipprovdu identifikazzjoni permezz ta’ kaxex tal-memorja individwali, fejn il-klijenti se jiġu mħeġġa biex jesponu oġġetti memorabbli u favoriti tagħhom. Il-bibien tal-kmamar bħallikieku d-dar, huma wkoll identifikabbli permezz ta’ ismijiet u numri tal-kmamar individwali li jidhru b’mod ċar fuq il-bieb.
Il-kmamar bi tnejn joffru arranġament spazjuż u komdu li jinkludu żewġ sodod separati, twaletti individwali, recliners, gwardarobbi u gradenzi. Il-kamra tal-banju adattata għal kollox, toffri t-tagħmir li hu meħtieġ biex tassigura sigurtà u tinkoraġġixxi indipendenza. Attenzjoni speċjali ġiet mogħtija fl-għażla ta’ grab rails kuntrastanti, sedili tat-tojlits u siġġijiet tad-doċċa, kif ukoll swiċis tad-dawl li jagħmluha iktar faċli għar-residenti biex jużaw. Is-sistema tat-tisħin tal-ilma hija kkontrollata b’mod termostatiku biex jiġi evitat kull ħsara jew fatturi oħra ta’ sigurtà bħal pavimenti li ma jiżolqux u sistema ta’ allarm li ġew inklużi.
Kura kontinwa hija offruta minn infermiera u carers imħarrġa li jassistu residenti skont il-bżonnijiet individwali tagħhom f’attivitajiet ta’ kura personali u jinvolvuhom f’attivitajiet sinifikanti, b’rutina strutturata biex jiġi assigurat li ma jintasbux f’iżolament.