Il-maniġer ta’ Liverpool Jurgen Klopp qal li kieku kellu jghid kull ma jaħseb wara l-penalty mogħti fl-injury time tal-logħba tal-bieraħ f’Anfield kontra Tottenham jeħel l-aktar multa għolja li qatt ġiet mogħtija fl-istorja tal-futbol.
Harry Kane skorja il-gowl ta’ draw fl-injury time wara li r-referee John Moss ta’ penalty ieħor għal foul fuq Eric Lamela. Dan il-penalty ġab rabja kbira minn Liverpool li raw iċ-ċans li jiftħu 5 punti vantaġġ fuq l-istess Spurs jisparixxi.
Klopp qal li huwa mhux biss qed jipprotesta fuq il-penalty iżda anke fuq serje ta’ ċirkostanzi waqt il-logħba kollha.
Klopp qal li huwa ċar li Lamela kien f’pożizzjoni ta’ offside u mhux hekk biex meta avvanza huwa mar iffittex il-kuntatt ma’ Van Dijk. Għalkemm ir-referee qal li mhux penalty l-assistent tiegħu għolla l-bandiera għal penalty. Kane skorja il-100 gowl tiegħu fil-Premier
Liverpool filfatt ukoll ipprotestaw fuq l-ewwel penalty li skont id-difensur Van Dijk ma kellux jingħata u akkuża lill-attakant Kane li qabeż fuq il-goalkeeper Karius biex jingana lil Moss kif filfatt għamel.
Kienu ħafna il-partitarji li dalgħodu f’stazzjon radjofonici inglizi talbu biexc anke fil-Premier League tidhol il-VAR (video assisted refereeing). Din sa issa fl-Ingilterra dahlet biss fi knock out bhala esperiment.