Kemm hu sabiħ li nuru rispett lejn xulxin u mhux anqas lejn l-annimali li jgħinuna ngħixu aħjar.
Mhux biss jgħinuna nirrilassaw izda jgħinuna anke fix-xogħol tagħna.
Fil-każ ta’ dan ir-ritratt, jidher pulizija jġorr b’qalbu maqsuma lil kelb li min jaf kemm għenu waqt xogħolu, fil-qadi ta’ dmirijietu.
Il-kollegi pulizija nġabru f’ringieli faċċata ta’ xulxin fejn taw tislima lil dan il-kelb; ġest sabiħ u li juri mħabba u rispett mistħoqq.