Il-Partit Laburista jawgura lil Cristabelle, li bid-diska Taboo se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest li se jsir fil-Portugall.
L-appoġġ li rċeviet id-diska rebbieħa kien sinjifikanti u għal darb oħra m’hemmx dubju li l-poplu Malti se jkun magħqud wara r-rappreżentanta tiegħu. Il-Partit Laburista konvint li Cristabelle se tagħmel lil Maltin u l-Għawdxin kburin.
Il-Partit Laburista jrodd ħajr lill-organizzaturi għas-seratà mill-aqwa li reġgħet kienet xhieda tat-talent artistiku li jeżisti f’pajjiżna.
Brava @christabelle284 -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) February 3, 2018