L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar żewġ Arċiprieti u Kappillan ġdid. Dun Charles Cini nħatar Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Publija tal-Floriana. Ħatar ukoll lil Dun Mark Mallia Pawley bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Marija, Ħad-Dingli u lill-Kanonku Dun Simon Sciberras bħala Kappillan tal-Paroċċa ta’ San Ġużepp fl-Imsida.
Il-Parroċċa tal-Furjana tiġbor fiha madwar 2,000 persuna f’850 familja waqt li l-Parroċċa ta’ Ħad-Dingli tiġbor fiha madwar 4,000 persuna f’1,100 familja. Il-Parroċċa tal-Imsida tiġbor fiha madwar 8,500 persuna f’2,400 familja.