Iġġarraf ajruplan tat-Tieni Gwerra Dinjija fi xmara bejn New York u New Jersey fl-Istati Uniti. L-ajruplan, tat-tip P-47 Thunderbolt u jiflaħ biss passiġġier wieħed, iġġarraf għoli ta’ madwar tliet kilometri viċin il-pont George Washington.
Ftit ħin wara, għaddasa sabu katavru – li jemmnu li huwa tal-pilota, għalkemm dan għadu mhuwiex ikkonfermat. Il-kawża tat-tiġrif għadha mhix magħrufa, għalkemm jidher li l-ajruplan iġġarraf minħabba ħsara fil-magna.
Dan kien wieħed minn tliet ajruplani li kienu fl-ajru jieħdu sehem fil-ġbid ta’ filmat promozzjonali fl-okkażjoni tal-75 anniversarju tal-American Airpower Museum.