Illejla se jkun jum speċjali mhux biss għall-plejers ta’ Real Madrid u Atletico Madrid li se jilagħbu l-finali taċ-Champions League. Iżda, se jkun ukoll jum importanti għall-kantanta Alicia Keys li se tkun qed tkanta qabel il-finali. L-Amerikana se tkun l-ewwel kantanta li se tkun mistiedna tagħti dan it-tip ta’ spettaklu qabel l-logħba tant importanti. “Il-familja ta’ ommi mill-Italja u kull meta mmur hemm dejjem inħossni li nintlaqa’ tajjeb,” qalet Alicia Keys.
Il-logħba tintwera f’220 pajjiż u l-UEFA qalet li s-sehem ta’ Keys ikompli jżid il-profil tal-logħba. Keys qalet li l-messaġġ irid ikun li fil-futbol u l-mużika hemm messaġġ wieħed: “dak li jirrappreżenta l-ispirtu li aħna lkoll l-istess, ġejjin minn fejn ġejjin u ngħixu fejn ngħixu.”