Ritratti minn fuq il-post li dal-lejl inħakem minn nirien juru l-qerda u l-fdalijiet ta’ dsatax-il dgħajsa u jott lussuż.
L-inċident seħħ f’boatyard f’Tal-Balal limiti ta’ San Ġwann.
Fuq il-post għad hemm numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar u membri tal-Protezzjoni Ċivili bħala prekawzjoni għal dak li jista’ jinqala’.
L-Investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom għaddejjin u dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali.
Ritratti: Alex Borg