Ċifri tal-Uffiċċju tal-Istatistika Ewropej juru li f’Diċembru li għadda Malta kellha t-tieni l-anqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Ir-rata ta’ qgħad f’Malta kienet ta’ 3.6 fil-mija. Kienet biss ir-Repubblika Ċeka li kellha rata ta’ qgħad anqas minn ta’ Malta bi 2.3 fil-mija.
L-ogħla rati ta’ qgħad kienu osservati fil-Greċja b’20.7 fil-mija u fi Spanja b’16.4 fil-mija.